top of page

Is-sottomissjonijiet għall-Konkors Letterarju 2021 huma miftuħa



Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun għal sena oħra se jorganizza l-Konkors Letterarju Annwali. Il-Konkors hu miftuħ għall-persuni ta' kull età, minn żgħar sa anzjani, u se jingħataw premjijiet f'4 kategoriji:

  • L-aqwa Poeżija

  • L-aqwa kitba b'Malti standard

  • L-aqwa kitba bid-djalett Żejtuni

  • L-aqwa xogħol letterarju mit-tfal u ż-żgħażagħ sa 18-il sena

Se jkun qed jingħata wkoll il-Premju Frans Baldacchino (il-Budaj) għall-aqwa poeżija u l-Premju Lino Psaila għall-aqwa kitba bid-djalett. Kull parteċipanti jista' jissottometti sa tliet xogħolijiet letterarji. Il-kitbiet iridu jaslu fuq chircop.sean@gmail.com sas-Sibt 15 ta' Mejju. Għat-termini u kundizzjonijiet agħfas fuq din il-ħolqa t'hawn taħt.

Il-Konkors Letterarju 2021 - Regolamenti
.
Download • 101KB

Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21 663 866. Konkors imtella' mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun fuq inizjattiva tat-Taqsima għall-Kultura, l-Istorja u t-Turiżmu, immexxija mill-Kunsillier Sean Chircop.

Recent Posts

There are no items in this list

Please reload

bottom of page