top of page

Is-sottomissjonijiet miftuħa: Il-Konkors Letterarju 2019


Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun għal sena oħra se jorganizza l-Konkors Letterarju Annwali għas-serata ta' Jum il-Kunsill. Il-Konkors hu miftuħ għall-persuni ta' kull eta', minn żgħar sa anzjani, u se jingħataw premjijiet f'4 kategoriji:

  • L-aqwa Poeżija Ġenerali

  • L-aqwa kitba b'Malti standard

  • L-aqwa kitba bid-djalett Żejtuni

  • L-aqwa xogħol letterarju mit-tfal u ż-żgħażagħ sa 18-il sena


Se jkun qed jingħata wkoll il-Premju Frans Baldacchino (il-Budaj) għall-aqwa poeżija u l-Premju Lino Psaila għall-aqwa kitba bid-djalett.


Il-kitbiet għandhom jaslu l-Kunsill Lokali taż-Żejtun u fuq il-indirizz elettroniku chircop.sean@gmail.com sa mhux aktar tard mis-Sibt 23 ta' Frar, 2019. Għat-termini u kundizzjonijiet agħfas fuq din il-ħolqa.


Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21 663 866.


Konkors imtella' mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun fuq inizjattiva tat-Taqsima għall-Kultura, it-Turiżmu u l-Edukazzjoni Għolja, immexxija mill-Kunsillier Sean Chircop.​

Recent Posts

There are no items in this list

Please reload

bottom of page