top of page

Żvilupp fiż-żona industrijali ta' Bulebel


Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun jilqa' b'sodisfazzjon l-aħbar tal-Ministru l-Onor. Chris Cardona, fejn illum fuq il-mezzi tax-xandir qal li l-Gvern se jkun qed jikkunsidra siti alternattivi għall-iżvilupp industrijali ta' Bulebel.


Min-naħa tal-Kunsill Lokali, konna u għadna għaddejjin b'diskussjonijiet mal-entitajiet ikkonċernati biex ninfurmaw ruħna dwar is-sitwazzjoni attwali u nwasslu l-messaġġ tar-residenti Żwieten.


Jidher li l-Gvern qed jagħti widen għall-appelli tagħna. Minkejja dan, aħna se nkunu qed inkomplu bil-laqgħat tagħna biex niżguraw li l-messaġġ tagħna jkompli jasal.

Recent Posts

There are no items in this list

Please reload

bottom of page