top of page

Iż-Żejtun Taħt in-Nar


Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkun qed jorganizza l-ewwel edizzjoni 'Iż-Żejtun Taħt in-Nar' nhar il-Ħadd li ġej, 7 ta' Mejju, 2017 mid-9.00 a.m. sa 12.00 p.m. fil-Pjazza taż-Żejtun. Din is-sena se jkun qed jitfakkar il-75 sena anniversarju mit-traġedja li seħħet fit-2 ta' Mejju tal-1942 matul it-Tieni Gwerra Dinjija u l-50 sena mit-tqegħid tal-lapida biex tfakkar il-vittmi ta' din it-traġedja fiż-Żejtun.


Il-Pjazza taż-Żejtun se tmur lura għal żmien il-Gwerra b'diversi re-enactments u ilbies ta' dak iż-żmien minn Battlefront Living History Group, Battlefields Reenactment Group, u Malta Command Living History Group fost l-oħrajn, wirjiet tal-karozzi tal-Gwerra u l-karozza tal-linja l-antika taż-Żejtun, wirjiet oħra relatati ma' dak iż-żmien, Victory Kitchen mill-għaqda Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY) li l-pubbliku se jkun qed jattendi se jkun qed jingħata l-ikel b'xejn, kommemorazzjoni tal-vittmi, u ħafna aktar.


Barra minn hekk, bejn l-10.00 a.m. u l-11.00 a.m. se jkun hemm diversi kittieba u kelliema oħra biex jaqsmu l-istejjer tagħhom kif kienu jgħixu fi żmien il-Gwerra. Fil-11.00 a.m. se tibda t-tifkira tal-vittmi.


Il-pubbliku se jkollu wkoll l-opportunità li jara t-tip ta' bombi li ġew użati waqt din it-traġedja minn Luftwaffe Junkers 88, u l-ilbies tal-ekwipaġġ u l-piloti ta' dak iż-żmien. Id-daqqiet tal-bombi għadhom jidhru mal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun.


L-attività hi miftuħa għall-familja kollha, filwaqt dawk kollha li jattendu se jkunu jitgħallmu fuq iż-żminijiet tat-Tieni Gwerra Dinjija, se jkunu qed jesperjenzaw ukoll il-Pjazza taż-Żejtun b'differenza.



Recent Posts

There are no items in this list

Please reload

bottom of page