top of page

Jinfetħu s-sottomissjonijiet għall-Konkors Letterarju 2024




Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun għal sena oħra se jorganizza l-Konkors Letterarju Annwali. Il-Konkors hu miftuħ għall-persuni ta' kull età, minn żgħar sa anzjani, u se jingħataw premjijiet f'4 kategoriji:


  • L-aqwa Poeżija  

  • L-aqwa kitba b'Malti standard  

  • L-aqwa kitba bid-djalett Żejtuni  

  • L-aqwa xogħol letterarju mit-tfal u ż-żgħażagħ sa 18-il sena 



Se jkun qed jingħata wkoll il-Premju Frans Baldacchino (il-Budaj) għall-aqwa poeżija u l-Premju Lino Psaila għall-aqwa kitba bid-djalett. Kull parteċipanti jista' jissottometti sa tliet xogħolijiet letterarji.


Il-kitbiet iridu jaslu fuq chircop.sean@gmail.com sal-Ħamis 22 ta' Frar 2024.


 Għat-termini u kundizzjonijiet agħfas fuq id-dokument t'hawn taħt.


Termini u Kundizzjonijiet - Konkors Letterarju 2024
.pdf
Download PDF • 122KB

Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21 663 866.


Konkors imtellgħa mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun fuq inizjattiva tat-Taqsima għall-Kultura, l-Istorja u t-Turiżmu, immexxija mill-Kunsillier Sean Chircop.


Comentários


Recent Posts

There are no items in this list

Please reload

bottom of page