Is-sottomissjonijiet għall-Konkors Letterarju 2020 jinsabu miftuħa


Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun għal sena oħra se jorganizza l-Konkors Letterarju Annwali għas-serata ta' Jum il-Kunsill. Il-Konkors hu miftuħ għall-persuni ta' kull eta', minn żgħar sa anzjani, u se jingħataw premjijiet f'4 kategoriji:

  • L-aqwa Poeżija

  • L-aqwa kitba b'Malti standard

  • L-aqwa kitba bid-djalett Żejtuni

  • L-aqwa xogħol letterarju mit-tfal u ż-żgħażagħ sa 18-il sena

Se jkun qed jingħata wkoll il-Premju Frans Baldacchino (il-Budaj) għall-aqwa poeżija u l-Premju Lino Psaila għall-aqwa kitba bid-djalett.


Il-kitba trid tasal il-Kunsill Lokali sas-Sibt 24 ta' Frar. Għat-termini u kundizzjonijiet agħfas fuq din il-ħolqa t'hawn taħt.


Termini u Kundizzjonijiet: Konkors Letterarju 2020


Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21 663 866.


Konkors imtella' mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun fuq inizjattiva tat-Taqsima għall-Kultura, l-Istorja u t-Turiżmu, immexxija mill-Kunsillier Sean Chircop.

Recent Posts