Avviż dwar il-ġbir tal-kontenitur għall-iskart organiku fiż-Żejtun
Minn għada, is-Sibt 27 sat-Tlieta 30 ta' Ottubru, se jkun qed jitqassam il-kontenitur tal-iskart organiku.
Il-ġbir tal-kontenitur se jkun qed isir mill-postijiet imniżżla hawn taħt, bejn it-8:00 a.m. sas-6:00 p.m.
Meta tmur biex tiġbor il-kontenitur ħu miegħek il-karta tal-identita'.
Bejn għada s-Sibt u t-Tlieta minn:
ħdejn il-Knisja ta' San Girgor, fejn il-parkeġġ,
Misraħ Wistin Abela (Wara l-Knisja)
Ġebel San Martin, fejn il-bring-in-sites
Nhar it-Tnejn u t-Tlieta l-ġbir isir ukoll minn:
Misraħ Dom Mintoff, ħdejn Tal-Ħniena, Bir id-Deheb
Misraħ il-Bjar, ir-Raħal t'Isfel
Niskużaw ruħna tal-inkonvinjenża, iżda kienet ħaġa li l-Kunsill Lokali ma kellux kontroll fuqha.