Avviż importanti: Diverżjoni fit-Trasport Pubbliku - Triq Alfredo Cachia Żammit


Minħabba x-xogħlijiet fi Triq Alfredo Cachia Zammit, b’effett minn għada il-Ġimgħa, 24 ta’ Novembru, 2017, is-servizz tar-rotot 81, 84 u 206 ser jiġi sospiż minn Triq Alfredo Cachia Zammit, Ġebel San Martin, Triq Bormla (Taċ-Ċawsli) u Bulebel. Minflok ser jiġi provdut shuttle service permezz ta’ vann.


Ir-rotta tax-shuttle service ser tkun: Triq Toni Zahra k/m Triq Dun Pawl Brunchel (Ġebel San Martin) Triq Bormla (Taċ-Ċawsli) Bulebel Triq il-Knisja, Ħal Tarxien (il-waqfa: Kutnent)


Lura se tgħaddi minn: Bulebel Triq Bormla (Taċ-Ċawsli) Triq Sant’ Anġlu Triq Santa Katarina Triq Toni Żahra


It-tluq ikun kull nofs siegħa bejn il-5.00am u l-10.30pm minn Triq Toni Zahra k/m Triq Dun Pawl Brunchel (Ġebel San Martin), kif jidher fuq it-tabella mehmuża ma' dan l-avviż.


Għal iktar informazzjoni tista’ tagħmel kuntatt mal-Kunsillier Joe Hales fuq 79 012 531.

Recent Posts