Kors tal-inbid bla ħlas


Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun flimkien mal-Għaqda Għassara tal-Inbid se jkunu qed jorganizzaw kors 'Kif Tagħmel tal-Inbid?'. Dan il-kors bażiku bla ħlas se jkun qed isir fuq tlett darbiet it-Tnejn 10, 17, u 24 ta' Lulju, 2017 bejn is-6.00 p.m. u s-7.30 p.m. fis-Sala tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Triq Sant' Anġlu, iż-Żejtun.


Matul dawn it-tlett laqgħat dawk li se jattendu se jkunu qed jitgħallmu dwar l-apparat u l-ingredjenti li għandek bżonn biex tagħmel l-inbid; Kif tagħraf għeneb tajjeb għall-għasir; Il-ħmira naturali mqabbla mal-ħmira tal-pakkett; L-istadji differenti tal-proċess biex tagħmel l-inbid: it-tagħsir tal-għeneb, għaliex l-inbid ma jibqax ibaqbaq, u għaliex tagħmel it-taqlib (racking);L-importanza tal-indafa; L-użu tal-idrometru; Kif taħżen l-inbid, kif jimmatura u kif jiġi bbottiljat.


Il-kors hu miftuħ għal kulħadd minn Malta u Għawdex. Dan il-kors huwa miftuħ ukoll għal dawk li qatt m'għamlu inbid u jixtiequ jkunu jafu l-proċess kif isir.


Bħala rikonoxximent se jkun qed jingħata ċertifikat ta' attendenza lil dawk li jkunu attendew it-tlett ġranet li huma tal-kors.

Il-postijiet huma limitati u fadal l-aħħar ftit postijiet wara interess kbir mill-pubbliku.


Għaldaqstant biex tirreġistra għal dan il-kors ċempel fuq 2166 3866 jew ibgħat posta elettronika fuq chircop.sean@gmail.com sa mhux aktar tard minn nhar is-Sibt, 8 ta' Lulju, 2017.


Recent Posts