Tiġdid tal-Karta tal-Identità



Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun jinsab infurmat li, il-Karti tal-Identità l-qodma mhumiex se jibqgħu validi mill-1 ta' Jannar, 2016.

Min għadu ma ġedditx il-Karta tal-Identità tiegħu, għandu jagħmel dan mill-uffiċini ta' Identity Malta li jinsabu f'Gattard House, il-Blata l-Bajda matul dawn il-ħinijiet:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-7.30 a.m. sas-2.00 p.m. L-Erbgħa: mit-3.00 p.m. sas-6.00 p.m. Is-Sibt: mis-7.30 a.m. sal-11.00 a.m.

Hu fl-interess ta' min jagħlaq is-60 jew il-75 sena li jibdel il-Karta tal-Identità minnufih.

Importanti biex tkun tista' tagħmel il-Karta tal-Identità l-ġdida trid tieħu il-Karta tal-Identità li għandek bħalissa.

Kull min jixtieq klarifika għandu jċempel freephone fuq 800 723 28 jew 21 226 627/8.

Recent Posts