Gym Open Air għal Kulħadd fiż-Żejtun

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun għadu kemm inawgura gym open air fi Ġnien l-Għannejja Żwieten (Ta' San Girgor). Huwa ideali ħafna għar-residenti kollha, li jistgħu jużaw dan l-apparat ta' eżerċizzju fiżiku, biex jgħixu ħajja aktar b'saħħitha. Din iż-żona tal-fitness li tinsab faċċata tal-belvedere, wara l-ground tal-futbol, tista' tintuża waqt il-ħinijiet kollha li jkun miftuħ il-ġnien u mingħajr ħlas.

Dan il-makkinarju jista' jgħin biex issaħħaħ il-muskoli u joffri flessibiltà fl-eżerċizzju, apparti l-mixi, il-jogging u sport ieħor. Il-makkinarju li hemm huwa tajjeb għall-varjetà ta' eżerċizzji tajbin għat-taħriġ tal-muskoli kollha.

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun iħeġġeġ lil kulħadd biex jagħmel użu minn din iż-żona ta' outdoor fitness biex aktar eżerċizzju fiżiku jkun parti mill-ħajja ta' kuljum. Barra minn hekk nitolbu lil kulħadd biex jirrispetta lil dawk kollha li jkunu madwaru u li ż-żona tinżamm fl-aħjar kundizzjoni ħalli jitgawda minn oħrajn.

Recent Posts